Il-President tal-Għaqda Patrijotti Maltin, Alex Pisani, iddeskriva lil George Clooney bħala artist liberali skwallidu u ħeġġeġ lill-pubbliku biex jibbojkotja l-films tiegħu. Ma’ dan il-messaġġ fuq is-sit soċjali tiegħu, Pisani xerred filmat li, fost l-oħrajn, jippreżenta lill-artist Amerikan bħala wieħed ipokrita għax bil-ġid kollu li għandu mhux jagħti saqaf lir-refuġjati.
Dawn il-fehmiet huma wħud mir-reazzjonijiet għal dak li qal Clooney f’konferenza tal-aħbarjiet meta qal li Donald Trump mhux se jirbaħ l-elezzjoni presidenzjali tal-Amerka. “Il-biża’ mhix se tiddomina l-pajjiż tagħna. Mhux nibżgħu mill-Musulmani jew l-immigranti jew in-nisa. Mhu se nkunu qegħdin nibżgħu minn xejn.” Fil-passat, Clooney iddeskriva lil Trump bħala “opportunista”, “faxxista,” u “faxxista xenofobiku”.
Trump, kandidat Repubblikan, qanqal reazzjoni varji meta fost l-oħrajn qal li jekk ikun elett president tal-immigrant jipprojbixxi l-Musulmani milli jidħlu fl-Amerka.
Intant, l-Għaqda Patrijotti Maltin mistennija tikkontesta għall-elezzjoni ġenerali li jmiss u bħalissa qegħdin jaħdmu biex jinstab kandidat għal kull distrett.