Is-Sibt 2 ta’ Lulju saret l-ewwel edizzjoni tal-konkors Mużika Għall-Fondazzjoni Nazareth fejn ipparteċipaw 23 kantant u kantanta. F’dan il-festival, li ser għal ewwel darba, ħadu sehem kantanti li nterpretaw kanzunetti Maltin. Ir-Rebbieħ ta’ din l-ewwel edizzjoni huwa Clive Gauci fejn rebaħ bil-kanzunetta Meta l-Pjanu Jkellimni b’kompożizzjoni ta’ Matteo Depares u tal-istess Gauci flimkien mal-awtrici Natasha Turner. Il-qliegħ kollu minn dan il-konkors ser imur għall-istess Fondazzjoni biex tkompli taħdem qrib ir-residenti tagħha. Dan il-festival sar b’kollaborazzjoni bejn Flash Productions, Ally-El Entertainment kif ukoll Dynamic Audio & Lighting bl-għajnuna siewja tal-Onor. Julia Farrugia Portelli
Wayne Aquilina
Ilu involut fix-xandir mill-1999. Ipproduċa, ikkordina u ppreżenta bosta programmi televiżivi. Iħobb iżomm lilu nnifsu infurmat u jsegwi xi jkun għaddej Malta u lil hinn. Jinteressah il-Eurovision Song Contest, ix-xena tal-mużika lokali u l-aspett kulturali ta' pajjiżna. Illum Sindku tal-Kalkara, u din l-esperjenza qed isservih biex jimraħ aktar fl-aspett amministrattiv u deċiżiv.