Hillary Clinton qalet li tinsab “taħt pressjoni kbira” biex tisfida lill-President Amerikan Donald Trump u tikkontesta l-elezzjoni Presidenzjali tas-sena d-dieħla.
L-eks kandidata f’isem id-Demokratiċi rrifjutat li tiċħad ix-xniegħa li terġa’ tikkontesta.
Ta’ 72 sena, Clinton qalet li kontinwament taħseb x’tip ta’ President kienet tkun li kieku għelbet lil Trump fl-2016.
Meta mistoqsija għal darba darbtejn tlieta jekk hux se titfa’ l-kandidatura tagħha, anki jekk fl-aħħar minuta, Clinton qalet li “never, never, never say never”, u li tinsab taħt pressjoni enormi mingħand ħafna nies biex taħsibha.
Huma 17, il-kandidati li diġà jinsabu fit-tellieqa f’isem id-Demokratiċi, għall-elezzjoni tal-2020.
Ritratt: BBC News