Clinton John Saliba ġie kkonfermat bħala president tal-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi għat-tliet snin li ġejjin.
Il-konferma ta’ Saliba waslet waqt il-laqgħa ġenerali annwali tal-federazzjoni li saret il-Ħadd filgħodu. L-istess laqgħa ħatret il-kumitat eżekuttiv il-ġdid.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan se jkun it-tieni mandat għal Saliba bħala president. Waqt l-ewwel mandat tiegħu ħadem id f’id mal-klabbs bil-għan li l-logħba tradizzjonali tal-Boċċi tkompli tissaħħaħ u tattira interess.