Clinton Buhagiar ġie maħtur president ad interim tal-Għaqda Ġurnalisti Sports waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali 2024 li saret il-Ħamis filgħaxija fil-Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq. Dan l-iżvilupp seġġ wara li ftit qabel Sandro Micallef ħabbar li kien qed jirriżenja mill-kariga ta’ president wara 7 snin li kien ilu jokkupa din il-kariga. Micallef iddeċieda li jirriżenja minn president għal raġunijiet personali u professjonali.
Min-naħa tiegħu Clinton Buhaġiar se jokkupa l-kariga ta’ president ad interim sakemm is-sena d-dieħla ssir il-Laqgħa Ġenerali Annwali li teleġġi kumitat ġdid.
Buhaġiar ilu għal bosta snin fil-kumitat eżekuttiv u fil-kariga ta’ viċi president. Fl-ewwel kummenti tiegħu wara l-ħatra l-ġdida, Clinton Buhagiar qal li jinsab onorat li ġie fdat b’dan l-irwol fi żmien tant importanti għall-Għaqda Ġurnalisti Sports.
Qal li se jkun qed iħares sabiex jaħdem mill-qrib mal-membri u jsaħħaħ il-leħen tal-ġurnaliżmu sportiv f’Malta.