Il-band Clean Bandit ukoll se tipparteċipa fl-10 edizzjoni tal-kunċert Isle of MTV ta’ din is-sena li se jsir fit-28 ta’ Ġunju fuq il-Fossos tal-Furjana.
Il-band Ingliża laħqet il-quċċata tac-charts ħames darbiet. Waħda mill-akbar suċċessi ta’ din il-band hija d-diska There’s no place I’d Rather be. Minbarra l-artisti internazzjonali li tħabbru diġà, se jieħdu sehem ukoll il-kantanti lokali, Amber u l-band Airport Impressions.