Iċ-champion tad-dinja renjanti tal-Pool, Clayton Castaldi, ikkwalifika għall-fażi tal-aħħar sittax fil-kampjonati tad-dinja tal-Pool li qed isiru fi Blackpool l-Ingilterra. Fil-fażi tal-aħħar 32 Castadli xejjen għal kollox l-isfida ta’ Murad Ibqal mill-Indja b’ rebħa konvinċenti ta’ 8-1. Castadli issa jkun impenjat mal-aħħar sittax nhar it-Tlieta meta jiltaqa’ kontra l-ingliż Giuseppe D’ Imperio.
Iż-żgħażagħ maltin ta’ taħt it-tmintax il-sena kisbu żewġ rebħiet oħra din id-darba kontra Irlanda B 5-4 u kontra l-Ingilterra A 6-3.
It-timijiet maltin tal-irġiel u tal-Over 50’s jerġgħu jkunu fl-azzjoni għada meta jitkompla l-logħob tal-gruppi. It-tim tal-irġiel se jkun ukoll fl-azzjoni fil-kompetizzjoni ‘shootout’ meta fil-kwarti tal-finali jaffronta lit-tim nazzjonali ingliż.