Id-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech, qalagħha mid-Dar Ċentrali għax kien skjett meta mal-mikrofonu ta’ ONE News qal li ċessjoni ma fiha xejn ħażin.
ONE News affaċjah dwar hekk fid-dawl li ismu u l-firma tal-mara tiegħu dehru fuq kuntratt ta’ bejgħ li fuqu saret ukoll ċessjoni.
F’dan il-każ qed nitkellmu fuq kuntratt b’valur ta’ €1.25 miljun.
Lil Grech staqsejnih dwar għaliex esponenti tal-Partit Nazzjonalista ppruvaw jorbtu ċessjoni ma’ attività kriminali.
Ridna naraw jekk skont hu dan ifissirx li bil-firma ta’ martu fuq dak il-kuntratt kienx jaf b’xi ħaġa ħażina u ħalliha għaddejja.
Filwaqt li qal li ma jiftakarx li kien hemm ċessjoni, kien ċar.
“Ċessjoni ta’ konvenju hi proċedura legali. Però ma jfissirx li kull min jagħmel ċessjoni ta’ konvenju hu involut fil-ħasil ta’ flus,” qal Grech.
Fil-kuntratt li għandna kopja tiegħu, martu biegħet proprjetà.
Iżda huwa fl-istess kuntratt ukoll li dik il-proprjeta għaddiet b’ċessjoni għand kumpanija oħra mingħand dik li Grech kellha l-konvenju magħha.
Iċ-ċessjoni saret fuq il-kuntratt innifsu ffirmat minn Grech.
Għalhekk, il-konferma li Claudio Grech u martu kienu nvoluti f’kuntratt b’ċessjoni kif żvela ONE News.
Bin-Nutar tiegħu, Grech kiteb lil ONE News u kkonferma li dan il-kuntratt li qed nirreferu għalih jeżisti.
In-Nutar, iben l-eks Segretarju Parlamentari Tony Abela, qal li ma kinitx Grech innifisha li għamlet iċ-ċessjoni però fl-ebda ħin ma ċaħad li ċ-ċessjoni saret fil-kuntratt stess iffirmat minn Grech.
Għax hekk kien, naturalment kif ikkonferma Claudio Grech innifsu, il-fatt li saret ċessjoni ma jfissirx li saret xi ħaġa ħażina.
Din kienet biss spin ta’ Bernard Grech.