Fi żvilupp ieħor fl-aħħar minuti, id-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li wkoll irtira l-kandidatura tiegħu fl-elezzjoni ġenerali.
Għalkemm ilu biss żewġ leġiżlaturi bħala Deputat u kandidat Nazzjonalista u hemm Deputati oħra li ilhom iżjed u baqgħu kandidati, il-Partit Nazzjonalista pprova jpinġi l-irtirar bħala mod kif jingħata spazju.
Madankollu nies qrib iċ-ċrieki ta’ ġewwa fil-Partit Nazzjonalista qed isostnu li Claudio Grech u oħrajn huma parti mill-emoraġija interna fil-partit ta’ Bernard Grech li ħabbru l-irtirar tal-kandidatura tagħhom fl-ewwel sigħat tal-kampanja.
Uħud li jkunu l-istamperija staqsew kif din ma tagħmilx sens, li jkollok min jirtira fl-ewwel jum tal-kampanja elettorali u ma jħabbarx it-tluq tiegħu qabel.