Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech, farfar minn fuq spalltu l-piż tal-iskema ta’ self sigriet tal-Partit Nazzjonalista.
Meta kien qed jitkellem fil-Parlament ma ħa ebda responsabbilta’ tagħha u qal li din hija kwistjoni tal-amministrazzjoni. Jiġifieri l-Kap Simon Busuttil, il-Viċi Kap Beppe Fenech Adami u l-President tal-Eżekuttiv, Ann Fenech fost oħrajn.
Claudio Grech tkellem wara l-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna, li espona kif l-iskema tal-Partit Nazzjonalista mhix trasparenti. Fi kliem Grech, ‘Din ma kinetx xi kompitu tal-grupp parlamentari jew tagħna bħala deputati li konna nvoluti fiha, u trid issir fuq bażi t’amministrazzjoni.
Fil-Parlament, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li min hu ntiż fis-swieq finanzjarji jinduna mill-ewwel bil-problemi ta’ skema bħal din. Tkellem dwar il-periklu li wieħed jagħti l-impressjoni li huwa b’saħħtu, jissellef flus kbar u biex jimpresjona jagħti imgħaxijiet għoljin. “Juża d-depoziti imbgħad nisimgħu l-istejjjer għax ma jkunx jista’ jkompli” qal Scicluna. “Il-buzzieqa tinfaqa'”
Il-Ministru tal-Finanzi qal li jrid ikun hemm aktar informazzjoni u rispett lejn id-direttivi tal-Unjoni Ewropea dwar din l-iskema, li tista’ bil-mod il-mod tammonta għal somom fenominali ta’ miljuni – anke għal 22 miljun ewro – biex il-PN jagħlaq id-dejn li għandu. Żied ukoll li din ma tirrispettax l-ispirtu tal-liġi, u mhux biss tal-finanzjament tal-partiti.
Il-Ministru Scicluna wissa li l-anonimità twassal għall-ħasil tal-flus u li l-Gvern jistenna li jkun hemm impenn mill-PN. Appella biex kull ammont ikun akkumpanjat minn informazzjoni li tingħata lid-Dipartimen ttat-Taxxi Interni, u li jsir eżerċizzju ta’ due diligence, li s’issa għadu ma ssemmix.