F’diskors ibbażat fuq kif kulħadd għandu jkollu d-dritt jgħid l-opinjoni tiegħu u favur it-tolleranza għal argumenti differenti, Claudio Grech indika b’mod ċar li hu favur li fuq il-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ il-Partit Nazzjonalista jkollu vot ħieles, biex jirrappreżenta d-diversità fi ħdanu.Fl-opinjoni tiegħu dan il-parlament, b’mod partikolari din in-naħa tal-kamra, għandha tirrispetta id-diversità tal-ħsieb. Din in-naħa tal-kamra għandha tirrispetta d-diversità tal-elettorat tagħna. Għandha tirrispetta l-ħsieb li mhux kulħadd jaħsibha l-istess,” qal Claudio Grech li tenna li l-liġi xorta waħda tgħaddi għax il-gvern għandu l-maġġoranza.
“Jien nemmen li għandu jkun hemm iktar rappreżentazzjoni. Għandu jkun hemm iktar fakultà li kull wieħed għandu jkollu l-libertà kollha li jesprimi l-perspettiva tiegħu dwar dawn il-liġijiet,” qal Grech f’diskors ibbażat fuq il-bżonn li kulħadd ikun jista’ jgħid tiegħu filwaqt li ħarab mill-kontenut tal-liġi għalkemm qabel li tkun emendata.
https://www.facebook.com/ONENEWSMALTA/videos/1532101423508275/