Claudette Buttigieg se tkun id-Deputat Speaker tal-Oppożizzjoni filwaqt li David Agius se jkun qed jibqa’ bħala Whip.
Iż-żewġ kandidati eletti tal-PN-PD, Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia, mhux se jkun qed ikollhom irwol fil-Parlament mal-Oppożizzjoni. Dan tħabbar fi stqarrija li ntbgħatet mill-Partit Nazzjonalista b’lista li turi l-irwoli fil-grupp Parlamentari tal-PN.
Beppe Fenech Adami ġie nnominat bħala Chairman tal-Public Accounts Committee.
Fl-istess stqarrija wera kif iż-żewġ kandidati eletti tal-Partit Demokratiku, Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia, ma ngħataw l-ebda rwol fil-Parlament fejn il-pożizzjoni tagħhom bħala parti mill-PN se tkun qed tiġi diskussa l-Ġimgħa li ġej.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/06/20170622-PN-Press-Release-Appointments-in-Partit-Nazzjonalista-Parliamentary-Group.pdf” title=”20170622 – PN Press Release – Appointments in Partit Nazzjonalista Parliamentary Group”]