Id-Deputat Nazzjonalista, Claudette Buttigieg, kitbet fuq facebook li fil-ħajja l-maltempati jiswew ħafna. Dan għax waqthom wieħed jinduna min lest jaqsam l-umbrella miegħek.
Din id-dikjarazzjoni li fiha x’tomgħod ħafna Claudette Buttigieg għamlitha fl-istess jum li ONE NEWS żvela li laqtitha mill-klikka ta’ Adrian Delia wara li f’intervista ma’ Times of Malta sabitha diffiċli tgħid fhix taqbel mal-Kap. Buttigieg tneħħiet minn HR Manager fl-istamperija u mhux magħruf jekk ux se jibqalha rwol hemm ġew. Għalkemm imkejjen minn tagħna wieġbu li le.
Fil-fatt kienu s-Segretarju Ġenerali Clyde Puli u l-Kap Eżekuttiv Pierre Portelli li qalulha li postha m’għadux tenibbli fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista. Dan bl-iskuża ta’ ristrutturar. Iżda, min jaf l-affarijiet sewwa huwa konxju li dan mhux il-każ, anke għax ta’ Claudette Buttigieg mhix azzjoni iżolata fil-konfront ta’ dawk li fil-ġlieda għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista m’appoġjawx lil Delia.
Buttigieg dejjem kienet qrib tal-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil u lbieraħ laqtet l-għajn ta’ persuni deħlin fil-parlament li rawha titkellem mal-eks kap f’dik li dehret diskussjoni kunfidenzjali.
Ara wkoll dak li xandarna lbieraħ.