Il-lejla tas-26 ta’ Lulju se jkun waħda mżewqa b’mużika klassika, hekk kif se jittella’ l-kunċert Classics Under the Stars fil-Palazz tal-Girgenti.
Id-dħul għal dan il-kunċert huwa b’xejn, iżda kull min ser jattendi ser ikun mistieden jagħti donazzjoni b’risq l-annimali li jinżammu fis-santwarji f’Malta u Għawdex.
Dan il-kunċert ser jittellgħa bis-sehem ta’ 65 mużiċist tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta fejn se jkunu qed jindaqqu repertorji tal-istess orkestra kif ukoll siltiet mill-opri kif ukoll dawk b’noti leġġeri li jinkludu mużiċisti bħal Johann Straus, France Lear, kif ukoll ballet mingħand Le Cide ta’ Mass Nee li tikkonsisti f’mużika Spanjola. Se jieħdu sehem ukoll it-tenur Cliff Zammit Stevens kif ukoll tal-baritonu Miguel Rosalis fejn flimkien ser ikantaw duet u anke sitliet solo.