Claire Micallef Pulè ngħatat Ġieh il-Kalkara fejn ġiet irrikonoxxuta għall-ħidma tagħha u d-dedikazzjoni fil-kariga tagħha mal-Malta Community Chest Fund.
Ġieh ir-Repubblika ngħata proprju f’Jum il-Kalkara fejn ġie ppreżentat mis-Sindku Wayne Aquilina f’isem il-Kunsill Lokali fil-preżenza tas-Sinjura Miriam Vella, mart il-President ta’ Malta.
Pulè ilha 11-il sena għaddejja b’ħidma bla qatigħ f’dan il-qasam delikat b’sens ta’ mħabba.
Fid-diskors tiegħu, Aquilina qal kif jinsab kburi li l-Kalkara rrikonoxxiet lil waħda minn uliedha. Hu ddeskriva lil Pulè bħala mara umli.