Tifla li qed tgħix il-gwerra f’Aleppo, li ta’ kuljum ikollha tgħix realtá kifra bla ebda ħtija u li tiġġieled għal ħajjitha ma’ kull siegħa li tgħaddi.
“Salvawni” – din kienet l-għajta ta’ għajnuna li poġġiet din it-tifla fuq Twitter hekk kif kienet qed tistkenn minn xita ta’ bombi. Ta’ kuljum din it-tifla tuża l-internet biex in-nies jifhmu dak li qed tgħaddi minnhu.
Fost dawn it-tweets emozzjonali, Alabed spjegat li spiċċat bla saqaf fuq rasha u li m’għandiex x’tiekol.
“Irrid ngħix, ma rridx inmut” temmet tgħid din iċ-ċkejkna.
We have no home now. I got minor injury. I didn’t sleep since yesterday, I am hungry. I want to live, I don’t want to die. – Bana #Aleppo
— Bana Alabed (@AlabedBana) November 28, 2016