Tifla li qed tgħix il-gwerra f’Aleppo, li ta’ kuljum ikollha tgħix realtá kifra bla ebda ħtija u li tiġġieled għal ħajjitha ma’ kull siegħa li tgħaddi ħalliet dak li kellu jkun l-aħħar messaġġ fuq Twitter.
Lil din it-tifla, li serqet l-attenzjoni ta’ numru kbir ta’ nies madwar id-dinja, tneħħila l-account ta’ Twitter il-Ħadd. Bl-aħħar messaġġ taċ-ċkejkna kien: “Ninsabu ċerti li l-armata se taħtafna issa.”
B’dan l-aħħar messaġġ l-account ta’ Twitter tat-tifla u ta’ omma tneħħew u x’sar minnha u min ommha ħadd ma jaf.
Din hija realtá għal numru kbir ta’ familji f’Aleppo, li ta’ kuljum ikunu mbeżża’ li f’dik il-ġurnata se jieħdu l-aħħar nifs ta’ ħajjithom.
We have no home now. I got minor injury. I didn’t sleep since yesterday, I am hungry. I want to live, I don’t want to die. – Bana #Aleppo
— Bana Alabed (@AlabedBana) November 28, 2016