Kull pont li b’xi mod jew ieħor kien iwassal għall-belt ta’ Severodonetsk fl-Ukrajna tkisser mir-Russi.
Ikkonfermaw dan uffiċjali Ukreni, li spjegaw kif issa huwa impossibbli ferm sabiex jiġu evakwati ċ-ċittadini maqbuda u anke sabiex jitwasslu prodotti neċessarji f’din il-belt.
Qed jiġi rrappurtat ukoll kif fil-Lvant tal-Ukrajna bħalissa għaddej ġlied kbir, fejn dawk li huma maqbuda “se jkollhom isalvaw taħt kundizzjonijiet ferm diffiċli.”
F’indirizz li għamel, il-President Ukren Volodomyr Zelensky iddeskriva s-sitwazzjoni ferm diffiċli għas-suldati Ukreni sabiex jiġġieldu lir-Russi sal-inqas metru.