Ċittadini tar-Renju Unit li jgħixu barra minn xtuthom se jkollhom id-dritt li jivvutaw għal ħajjithom kollha.
Dan wara li qabel kienu intitolati li jagħmlu dan sakemm ma jkunx ilhom aktar minn ħmistax-il sena jgħixu barra mir-Renju Unit.
Il-Kummissjoni Għolja għar-Renju Unit f’Malta sostniet li dawn it-tibdiliet se jagħmluha aktar faċli biex dawn iċ-ċittadini jipparteċipaw fid-demokrazija tar-Renju Unit.
Dawn it-tibdiliet tħabbru mid-diskors li kienet għamlet ir-Reġina Eliżabetta II fil-ftuħ tal-Parlament.
Il-Kummissjoni Għolja għar-Renju Unit f’Malta saħqet li d-deċiżjonijet li saru fil-Parlament Ingliż fuq il-politika barranija, l-Immigrazzjoni, id-Difiża, il-Pensjonijiet u l-Kummerċ se jaffettwa liċ-ċittadini Ingliżi li jgħixu barra minn xtuthom.