Cirque du Soleil għażel lil Malta bħala l-ewwel pajjiż għal spettaklu esklussiv ta’ wara l-pandemija bl-isem ta’ FIERY. Dan se jkun qed jittella’ fil-Belt Valletta mill-25 ta’ Novembru.
Il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo, spjega kif din hi opportunità oħra għal Malta biex turi l-potenzja tal-pajjiż bi spettaklu li se jkun qed iferraħ lil bosta.
Malta hi l-ewwel destinazzjoni magħżula fl-Ewropa għal dan l-ispettaklu wara sbatax-il xahar ta’ waqfien kawża tal-pandemija.