Il-kalendarju tal-avvenimenti f’Malta se jkompli jissaħħaħ permezz ta’ produzzjoni teatrali b’fama internazzjonali Cirque du Soleil, li flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ffirmaw ftehim għal tliet snin. Hekk issa l-Maltin ukoll se jkollhom l-opportunità jaraw produzzjoni maħduma esklussivament għall-pajjiżna.
Il-produzzjoni ta’ 60 minuta, Vitori, li se titratta storja b’tema taċ-ċess, se tibda fis-27 ta’ Novembru u tibqa sejra sal-20 ta’ Diċembru. Bi 28 preżentazzjonijiet mit-Tlieta sal-Ġimgħa u żewġ preżentazzjonijiet is-Sibt u l-Ħadd. Se jieħdu sehem 25 akrobat u żeffien li se joffru produzzjoni teatrali artistika li uħud minnhom kienu parti mil-preżentazzjoni li saru fl-Oscars u s-Superbowl fl-Amerika.
Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi, semma kif l-isem prestiġjużi li jġibu magħhom Cirque du Soleil se jattira turisti ta’ kwalità f’pajjiżna fi żminijiet li ssoltu t-turiżmu ikun ftit aktar kwiet mhux xhur l-oħra tas-sena.