Iċ-ċirklu bl-isem ta’ Ringling Bros. And Barnum & Bailey ħabbar li se jkun qed jagħmel l-aħħar spettaklu tiegħu f’Mejju li ġej wara 146 sena ta’ spettaklu.
Din l-aħbar tħabbret minn Fel Entertainment, fejn il-Maniġer tal-kumpanija, Kenneth Feld, kiteb li kienet deċiżjoni diffiċli iżda flimkien ma’ familtu ddeċidew li jwaqqfu l-ispettaklu taċ-ċirklu. Hu qal li wara li lura f’Mejju kellhom iwaqqfu l-iljunfanti milli jieħdu sehem waqt l-ispettaklu, il-bejgħ beda jonqos ferm aktar malajr minn qatt qabel u minn hemm ittieħdet l-aħjar deċiżjoni għal kulħadd.
Lura f’Mejju l-kumpanija kellha twaqqaf lill-iljunfanti milli jieħdu sehem, dan wara għadd ta’ protesti li saru taħt it-tmexxija ta’ PETA.
Fid-dawl ta din l-aħbar PETA kitbet messaġġ fuq Twitter fejn qalet li wara 36 sena ta’ protesti, PETA rnexxiela tħalli impatt pożittiv tant li wara snin ta’ moħqrija, l-akbar spettaklu tad-dwejjaq sa fl-aħħar se jieqaf.