Id-dehra ta’ ċinju fil-bajja ta’ San Tumas kienet innotata minn Birdlife Malta, li fi stqarrija qalu li dan l-għasfur kien midrub taħt il-ġewnaħ tal-lemin, qrib ġismu.
Fi kliem Birdlife: “filwaqt li l-pubbliku ġenerali wera entużjażmu u eċitament għaż-żjara taċ-ċinji, hija ta’ qtugħ il-qalb u tal-mistħija li xi kaċċatur sfidaw ir-rieda tajba u r-rispett lejn il-liġi u lejn in-natura, u provaw joqtlu din is-sbuħija. L-għasafar huma hemm biex kulħadd igawdihom u mhux biex xi ħadd joqtolhom jew jaħtafhom egoistikament.”
Sa ftit ilu, Birdlife qalet kemm qed tikkollabora flimkien mal-kaċċaturi biex iċ-ċinji jkunu jistgħu jieklu.