Raġel ta’ 27 sena li joqgħod Marsaskala ddaħħal l-isptar b’urġenza wara li ttajjar minn karozza.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-13:30 fi Triq il-Wied f’Birkirkara meta għal xi raġuni karozza misjuqa minn raġel ta’ 56 sena minn Ħal Balzan laqtet liċ-Ċiniż.
Immedjatament fuq il-post intalbet l-assistenza ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ta l-ewwel assistenza lir-raġel fejn imbagħad ittieħed l-isptar permezz t’ambulanza.
Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
It-triq ingħalqet għat-traffiku għal xi ħin.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.