Fil-ġurnata li n-Nazzjonijiet Magħquda iltaqgħu f’New York biex jiddiskutu l-kriżi tal-imigrazzjoni, organizaturi fl-Londra poġġew numru ta’ ġkieket ta’ salvataġġ biex ifakkru kemm immigranti tilfu ħajjithom u l-qagħda mwiegħra li qed jaffaċċjaw.
Dawn il-ġkieket ta’ salvataġġ fil-pjazza tal-Parlament f’Londra, jirrapreżentaw in-numru ta’ refuġjati li tilfu ħajjithom fi triqthom lejn dik li kellha tkun ħajja aħjar. Fosthom 625 li ntużaw minn tfal li kienu qed ifittxu tama aħjar.