Wara nuqqas ta’ sentejn minħabba l-pandemija, fi tmiem il-ġimgħa jirritorna t-Tour ta’ Malta taċ-ċikliżmu. It-Tour se jkun maqsum fuq tlett ijiem, bejn il-Ġimgħa 15 u l-Ħadd 17 ta’ April.
Dik ta’ din is-sena se tkun is-26 edizzjoni ta’ dan l-avveniment hekk importanti għaċ-ċikliżmu lokali.
L-ewwel stadju se jsir il-Ġimgħa 15 ta’ April u jkun Individual Time Trial f’Baħar iċ-Ċaghak. Il-kompetizzjoni tibda fit-8 ta’ filgħodu u se tkun fuq tliet dawriet b’distanza totali ta’ 15KM.
It-tieni stadju jsir is-Sibt 16 ta’ April u jkun Road Race fic-cirkwijt ta’ San Martin. Il-kompetizzjoni tibda fit-8 ta’ filgħodu. Il-kategorija Elite se tkun fuq 10 dawriet, filwaqt li l-kategoriji tal-Masters u tan-Nisa jkunu fuq 6 dawriet.
L-aħħar stadju jsir il-Ħadd 17 ta’ April fit-8 ta’ filgħodu fil-ByPass ta’ Haż Żebbuġ. Il-kategorija Elite se tkun fuq 15 -il dawra filwaqt li dawk tal-Masters u tan-Nisa fuq 12-il dawra.