Il-Malti Awstraljan Dan Bonello tat-Team Oleka li spiċċa rebbieħ tas-26 Edizzjoni tat- Tour Internazzjonali ta’ Malta taċ-Ċikliżmu f’ħin totali ta’ 4:34:13. Warajh spiċċaw fit-tieni post il-Franċiż Antoine Magaud ta’ Sprinter Nice Metropole – France f’ħin total ta’ 4:34:23 u fit-tielet post l-Isvizzeru Johannes Glameyer ta’ Amore e Vita – KIBAG-Obor f’ħin totali ta’ 4:35:27
L-Ingliża Mathilde Pauls ta’ 1904RT li kienet rebħet din il-kategorija fl-2018, spiċċat ukoll rebbieħa din is-sena meta spiċċat b’ħin totali ta’ 3:48:11. It-tieni spiċċat il-Maltija Marie Claire Aquilina tat-Team Greens f’ħin totali ta’ 3:50:11, filwaqt li Gabriella Nordin tat-Team Jadan spiċċat it-tielet f’ħin totali ta’ 3:51:09.
L-Ingliż Dave Mitchinson ta’ Cinnamon Café Contour Cycles Drunk Race Team – UK rebaħ il-Kategorija tal-Masters f’ħin totali ta’ 3:30:03. Etienne Bonello – Team Greens (3:30:13) u Martin Lawless – Cycle Club Ashwell – UK (3:30:42) spiċċaw it-tieni u t-tielet rispettivament.
Il-klassifika finali tal-Maltin spiċċat b’Dan Bonello l-ewwel segwit rispettivament minn Jacob Schembri (Mosta CC) u Jason Vella (Agones SFc). F’tan-Nisa spiċċaw rispettivament fl-ewwel tliet postijiet ċiklisti tat-Team Greens, Marie Claire Aquilina, Danica Bonello Spiteri u Juleanne Vassallo.
Anke fil-klassifika Finali tal-Masters Maltin, tliet ċiklisti tat-Team Greens spiċċaw fl-ewwel tliet postijiet, Etienne Bonello, Nick Schembri u Rueben Colombo.
It-tielet u l-aħħar stadju tat-Tour fuq distanza ta’ 63.3 kilometru fuq iċ-ċirkwit tal-Bypass ta’ Ħaż-Żebbuġ rat jirbaħ il-Kategorija tal-Elite lil l-Isvizzeru Robert Mueller ta’ Amore e Vita – KIBAG-Obor f’ħin ta’ 1:39:11 fi sprint finali bejn tliet ciklisti. Frazzjoni ta’ sekonda warajh spiċċawDan Bonello u Antoine Magaud (1:39:12).
Il-Kategorija tan-Nisa wkoll fuq distanza ta’ 43 kilometru ntrebħet għal darb’oħra minn Mathilde Pauls ta’ 1904RT f’ħin ta’ 1:36:40 fi spint finali bl-istess ħin ma’ Ellie Mitchinson ta’ Welwyn Wheelers Coubtry – UK, filwaqt li t-tielet spiċċat Jennifer Andrews ta’ 1904RT – UK f’ħin ta’ 1:36:41.
Fil-Kategorija tal-Masters fuq distanza ta’ 43 kilometru reġa hareġ rebbieħ Dave Mitchinson ta’ Cinnamon Café Contour Cycles Drunk Race Team – UK f’ħin ta’ 1:27:36, fi sprint finali bl-istess ħin ma’ Etienne Bonello tat-Team Greens, filwaqt li Jose Soler ta’ Cinnamon Cafe-Oriel Finance SDRT – UK spiċċa t-tielet f’ħin ta’ 1:27:36.
Fi tmiem din it-tappa saru l-prejazzjonijiet bil-medalji, trofej u l-flokkijiet il-ħomor lir-rebbieħa kollha minn John Zammit, Joe Bajada u Daniel Borg Olivier, President, Segretarju Ġenerali u Teżorier rispettivament tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu. Fl-aħħar Joe Bajada ppreżenta l-Cliff Micallef Trophy lil Leon Zammit għas-sehem konstanti tiegħu waqt it-Tour, kif ukoll il-Merit Award lil John Zammit, il-moħħ ta’ dan it-Tour għal ħafna snin.
Il-Kumitat Organizzattiv tat-Tour jixtieq jirringrazza lil diversi entitajiet fosthom lil SportMalta, Kumitat Olimpiku Malti, Kunsilli Lokali rispettivi tan-Naxxar, San Pawl il-Baħar u Ħaż-Żebbuġ, kif ukoll lil Transport Malta, Korp tal-Pulizija, Gwardjani Lokali, ARRTS Timing System, u l-Palazzin Hotel.