Aidan Buttigieg tal-klabb għawdxi D Sports Lab u Diane Muscat tat-Team Greens huma c-champions Nazzjonali tat-Triq għal din is-sena 2023 organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu. Aidan Buttigieg irnexxielu jagħmel dan meta rebaħ l-ewwl żewġ tiġrijiet u spiċċa t-tielet fl-aħħar waħda. B’hekk huwa tella total ta’ 575punt, 25 punt iktar mill-ikbar sfidant li kellu Bernard Galea ta’ Agones Afc. Pierre Borg ta’ Mosta CC spiċċa t-tielet b’total ta’ 465 punt. Storikament din kienet ukoll l-ewwel darba li klubb Għawdxi rebaħ dan it-titlu.
Fil-Kategorija tan-Nisa, Diane Muscat tat-Team Greens spiċċat champion għall-ewwel darba b’total ta’ 575 punt. Fil-klassifika finali, Marie Claire Aquilina ta’ Team Greens spiċċat it-tieni bi 200 punt u Fiona Tedesco ta’ Mosta CC spiċċat it-tielet b’175 punt.
Luke Borg ta’ The Cyclist żamm it-titlu ta’ champion Nazzjonali tal-kategorija ta’ taħt it-23 sena Maskili meta spiċċa l-ewwel fil-klassika b’550 punt, warajh fil-klassifika finali spiċċaw rispettivament żewġ ċiklisti ta’ Mosta CC, Clyve Chetcuti b’450 punt u Jacob Schembri b’400 punt. Kristina Spiteri ta’ The Cyclist rebħet l-istess Kategorija, dik Feminili b’200 punt, segwita minn seħbietha Veronique Pace Asciak b’175 punt.
Nicholas Schembri tat-Team Greens huwa c-champion Nazzjonali tal-Masters 40+ b’massimu ta’ 600 punt. Warajh fil-klassifika finali spiċċaw David Cushing ta’ Birkirkara St Joseph b’525 punt u Joseph Caruana tat-Team Greens b’155 punt.
Kevin Muscat ta’ Mosta CC huwa c-champion Nazzjonali tal-Masters 50+ b’massimu ta’ 600 punt. Warajh spiċċa Enrico Bradamante ta’ Agones Afc b’175 punt.
Matthew Galea ta’ Gozo CC spiċċa bħala champion Nazzjonali tal-Juniors b’total ta’ 400 punt. Ryan Gatt ta’ The Cyclist huwa c-champion Nazzjonali tal-Under 16 b’massimu ta’ 600 punt. Warajh fil-klassifika finali spiċċaw Ishmael Grimata’ D Sports Lab b’505 punt u Chylen Fava ta’ Gozo CC b’175 punt. Roanna Farrugia ta’ Agones Afc rebħet din l-istess Kategorija Feminili b’200 punt.
Ethan Grech ta’ Mosta CC spiċċa bħala champion Nazzjonali ta’ taħt l-14 il-sena b’total ta’ 400 punt. Warajh spiċċa sieħbu ta’ Mosta, Samwel Attard b’330 punt u Liam Daly ta’ Shamrock Stars b’175 punt.
Żewġ ċiklisti ta’ Shamrock Stars, Isaac Buttigieg u Neil Cassar spiċċaw champions Nazzjonali flimkien fl-ewwel post fil-Kategorija ta’ taħt it-12 il-sena Subien b’total ta’ 375 punt, b’Benjamin Bugeja ta’ Mosta CC jikklassifika fit-tielet post b’285 punt.
Nina Debono ta’ Shamrock Stars reġgħet spiċċat bħala champion Nazzjonali ta’ taħt it-12 il-sena Bniet b’total ta’ 400 punt. Warajha spiċċat Amy St John ta’ Mosta CC b’175 punt.
Fi tmiem dawn it-tiġrijiet tal-Kampjonat tagħha, l-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmutrid turi l-apprezzament tagħha għaċ-ċiklisti u l-uffiċjali tal-klabbs kollha għas-sehem tagħhom, kif ukoll għal ARRTS Timing System għax-xogħol kbir tagħhom. Grazzi wkoll tmur għas-servizzi rispettivi tal-Kunsilli Lokali, Trasport Malta, il-Puliżija, LESA u l-Emergency First Response, kif ukoll lil xi voluntiera, timekeepers u marshalls.