Mara ta’ 53 sena minn San Pawl il-Baħar ġarrbet ġrieħi gravi wara ħabtet bir-rota li kienet qed isuq ma’ karozza tat-tip Toyota Corolla li kienet misjuqa minn raġel ta’ 33 sena minn Birkirkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 1:30pm fil-Bypass ta’ San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku li aktar tard ħa lill-mara l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.