Ċiklista Ingliża qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ttajret minn vann kmieni dalgħodu fil-Mellieħa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:00 ta’ dalgħodu fi Triq l-Etna, il-Mellieħa.
Il-Pulizija mill-Għassa tal-Qawra marru fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li Ingliża ta’ 46 sena, residenti l-Mellieħa kienet qed issuq rota, meta ntlaqtet minn vann tat-tip Ford Transit, misjuq minn raġel ta’ 40 sena, residenti l-Imqabba.
Fuq il-post issejħet l-ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għal kura, fejn aktar tard ġiet ċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.