Ċiklist ta’ 37 weġġa’ gravi wara li ħabat ma’ karozza f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija fi Triq il-Mosta.
Immedjatament fuq il-post marru l-pulizija, li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn rota, misjuqa mill-vittma u u karozza tat-tip VW Passat.
Din tal-aħħar misjuqa minn raġel ta’ 35 sena li jgħix Ħad-Dingli.
Tim mediku ħa lill-vittma l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.