Raġel ta’ 70 sena jsofri ġrieħi gravi wara li kien milqut minn karozza waqt li kien qed isuq rota f’Ħaż-Żabbar.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-vittma li joqgħod Ħaż-Żabbar kien qiegħed isuq rota meta għal xi raġuni safa midrub minn karozza tat-tip Daewoo Matiz misjuqa minn raġel ta’ 70 sena li wkoll joqgħod Ħaż-Żabbar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:30 ta’ filgħodu fi Triq ix-Xgħajra. Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.