Ħabta bejn karozza u rota wasslet biex iċ-ċiklist qed isofri minn ġrieħi gravi.
Kien għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ wara nofsinhar tal-bieraħ li seħħ l-inċident fi Triq iż-Żejfa, il-Mosta.
Il-ħabta kienet bejn Hyundai Accent misjuqa minn mara ta’ 58 sena residenti Ħad-Dingli u rota misjuqa minn raġel ta’ 51 sena residenti Ħ’Attard.
Ambulanza li ħadet liċ-ċiklist l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċerifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.