Żagħżugħ ta’ 13-il sena iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar fi Triq Ħal Qormi.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Vitz li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 25 sena minn Ħaż-Żabbar u rota misjuqa minn ġuvnott ta’ 13-il sena, li jogħod Ħal Luqa.
Iċ-ċiklist ingħata l-għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.