Raġel li kien qiegħed isuq rota sofra ġrieħi gravi wara inċident li seħħ ilbieraħ filgħaxija fil-Fgura.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija fi Vjal Kottoner fil-Fgura, fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-inċident seħħ bejn ir-raġel li kien qed isuq ir-rota, li għandu 41 sena, u karozza misjuqa minn raġel ta’ 40 sena.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ix-xufier tar-rota ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.