Ċiklista tilfet il-kontroll tar-rota waqt li kienet qed isuq fi Triq Burmarrad f’Burmarrad u baqgħet dieħla f’siġra. Dan ġara għall-ħabta tat-15.10.
Iċ-ċiklista hija ta’ nazzjonalità Kolombjana u għandha 24 sena. Hija tinsab f’qagħda kritika.
Issejħet l-assistenza medika fuq il-post kif ukoll il-pulizija biex jikkontrollaw it-traffiku.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-għassa Dr M. Farruġia li ħatret diversi esperti biex jassistuha f’din l-inkjesta.
Aktar dettalji malli jaslulna.