Ċiklist ġie ċċertikfat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi wara li ttajjar minn karozza fi Triq San Martin, il-Wardija. Iċ-ċiklist, li għandu 52 sena u joqgħod San Ġwann, ittajjar minn karozza tat-tip Toyota kienet qiegħda tinstaq minn raġel ta’ 39 sena, residenti Santa Venera.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dawn l-inċidenti għadhom għaddejjin.