Ċiklist mill-Gambja ta’ 32 sena residenti s-Swieq indarab gravi wara li ntlaqat minn karozza.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sebgħa tal-bieraħ filgħaxija fil-Marsa-Ħamrun Bypass.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-investigazzjoni rriżulta li l-vettura, tat-tip Mazda Demio, kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 21 sena residenti Ħaż-Żabbar.
Aktar tard, iċ-ċiklist ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.