Ċiklist ta’ 54 sena mill-Imtarfa weġġa’ gravi wara inċident f’Ħal Luqa.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħodu fi Triq Ħal Qormi.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li kien seħħ inċident bejn rota, li fuqha kien hemm ir-raġel u Chevrolet Spark, li kienet qed tinstaq minn Indjan ta’ 38 sena li joqgħod Ħal Luqa.
Iċ-ċiklist ingħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.