Ċiklist ta’ 35 sena minn Santa Venera ndarab gravi wara li ħabat bir-rota li kien qiegħed isuq ma’ vettura tal-għamla Honda Fit misjuqa minn raġel ta’ 39 sena minn Ħal Qormi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:30 ta’ filgħodu fi Triq il-Wied Qormi.
Fuq il-post issejħet l-ambulanza li ħadet liċ-ciklist l-Isptar Mater Dei għal kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.