Ċiklist ta’ 37 sena residenti Tas-Sliema weġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku fl-Imġarr.
L-inċident seħħ illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar i Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li kien seħħ inċident bejn rota, li fuqha kien hemm raġel ta’ 34 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, u Mazda Demio, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 37 sena residenti Tas-Sliema.
Iċ-ċiklist ingħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.