Raġel ta’ 62 sena minn Ħ’Attard sofra ġrieħi gravi wara li l-Ħamis filgħodu, waqt li kien qed isuq rota, żelaq fuq xi fjuwil li kien hemm mal-art.
L-inċident seħħ fit-7.50 a.m fi Triq il-Għajn, f’Ħad-Dingli.
Iċ-ċiklist ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Fuq il-post issejjħu ukoll il-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jitneħħa kull periklu li seta’ kien hemm fit-triq.
Investigazzjonijiet mill-Pulizija tal-Għassa tar-Rabat għadhom għaddejjin.