Ċiklist mill-Filippini ta’ 39 sena li joqgħod San Pawl ġarrab ġrieħi gravi wara li ħabat ma’ karozza tal-għamla Peugeot 3008 li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 39 sena minn Ħal Tarxien. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:00 ta’ filgħodu fi Triq Ħal Qormi, il-Ħamrun.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet liċ-ċiklist l-isptar għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.