Ċiklist ta’ 22 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li baqa’ dieħel f’bieba ta’ vettura waqt li kien qed jaqdef f’Ħ’Attard.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12:30 ta’ wara nofsinhar fi triq il-Pitkali f’Ħ’Attard.
Iż-żagħżugħ ittieħed l-isptar Mater Dei fejn instab li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Kelliema għall-Pulizija tkellmet ma’ one.com.mt fejn qalet li jidher li ċ-ċiklist ma xtaqx jagħmel rapport mal-Pulizija.