Ċiklist ta’ tlieta u għoxrin sena mill-Brażil, indarab gravi wara li ntlaqat minn vettura tal-għamla Isuzu TFR, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 57 mill-Imġarr.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2:20 ta’ waranofsinhar fi Triq it-Tiġrija fir-Rabat.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħadu liċ-ċiklist l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.