Ċiklist ta’ tmienja u għoxrin sena mill-Mellieħa weġġa’ serjament wara li kien involut f’inċident bir-rota fi Triq Tul il-Kosta f’Baħar iċ-Ċagħaq.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-għaxra neqsin kwart, meta r-raġel kien qed isuq ir-rota, tilef il-bilanċ u waqa’.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Dwar il-każ hemm inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.