Ċiklist Awstraljan indarab gravi wara li ntlaqat minn vettura f’hit and run.L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tal-ħdax fi Triq Lapsi, is-Siġġiewi.
Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li ċ-ċiklist, raġel Awstraljan ta’ 45 sena residenti l-Isla, kellu impatt ma’ vettura.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.