Maltempata qawwija li ssemmiet Ciara għaddejja minn fuq it-Tramuntana tal-Ewropa, fejn xita qliel u riħ qawwi qed iħallu ħerba f’bosta pajjiżi fl-inħawi.
Bosta titjiriet fl-Ewropa fosthom minn u lejn Malta ġew affettwati b’numru ta’ passiġġieri jkunu kostretti jfittxu akkomodazzjoni addizzjonali.
Madwar l-Ewropa ngħalaq l-aċċess għal żoni viċin tal-kosta u spazji miftuħa, u s-sewwieqa wkoll qed ikunu mwissija biex jieħdu kull prekawzjoni meħtieġa fit-triq.