Christopher Siegersma ġie nominat mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri biex jinħatar mill-President ta’ Malta fil-kariga l-ġdida ta’ Kummissarju għall-Ħarsien u l-Iżvilupp tal-Priġunieri.
B’din il-kariga, il-Kummissarju għall-Ħarsien u l-Iżvilupp tal-Priġunieri se jkun fdat li jsegwi l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet skont kif proponuti mill-Bord ta’ Inkjesta li evalwa l-operat tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi.
Is-Sur Siegersma ġej minn snin twal ta’ esperjenza f’ħidma fil-qasam mediku u soċjali. Fl-irwol professjonali tiegħu, hu kien responsabbli minn timijiet multidixxiplinarji fis-settur tas-saħħa mentali.
Huwa gradwat bħala infermier fil-kura tas-saħħa mentali. F’dan id-dottorat, is-Sur Siegersma qed jispeċjalizza fit-trawma psikoloġika li tirrelata ma’ atti kriminali.
It-twaqqif tal-kummissarjat għall-Ħarsien u l-Iżvilupp tal-Priġunieri tħabbar il-bieraħ flimkien ma’ għadd ta’ riformi oħra li ser isiru fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Fost dawn ir-riformi mħabbra mill-Ministru Byron Camilleri hemm ukoll il-bini taċ-ċentur Rijabilittativ Massimiliano Kolbe fil-faċilità u ftehim mal-MCAST biex il-priġunieri jibdew jingħataw taħriġ akkreditat fuq snajja differenti.