Christopher Guest More Jr kien estradit lejn ir-Renju Uniti f’titjira kkordinata bejn l-Awtoritajiet Ingliżi u dawk Maltin il-Ħadd li għadda.
Guest More kien meqjus fost l-aktar persuni mfittxija fl-Ewropa u r-Renju Unit, u kien skortat mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin għall-ajruport Malti hekk kif l-awtoritajiet Ingliżi bagħtu ajruplan apposta għalih.
Il-Pulizija Ta’ Malta arrestat lil Christopher Guest More Jr b’mandat ta’ arrest Ewropew fis-6 ta’ Ġunju li għadda, u eventwalment tilef battalja legali biex ma jitbagħatx lura pajjiżu.
Il-ħidma tal-Pulizija tal-aħħar sigħat saret taħt sigurtà stretta bl-involviment tal-Aġenzija tas-Servizzi Korrettivi, il-Forzi Armati ta’ Malta u Aviation Security Malta.